Monday, December 23, 2024

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn pipe li tqaċċat minn apparat tal-konkos f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Skont stqarrija maħruġa mill-Pulizija jidher li ż-żagħżugħ li għandu 25 sena residenti Ħ’Attard qed isofri minn ġrieħi gravi.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li weġġa’ wara linntlaqat minn pipe li tqaċċat minn ma’ apparat tal-konkos kawża ta’ xi ħsarat.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.

2:58 p.m- Żagħżugħ ta’ 25 sena l-Isptar wara li tqaċċat pipe tal-konkos f’Ħal Qormi

Żagħżugħ ta’ 25 sena ttieħed l-Isptar, hekk kif għall-ħabta tal-s-12:40 p.m, kien involut f’inċident fi Triq Santa Katerina f’Ħal Qormi.

Kelliem għall-Pulizija ikkonferma ma’ dan is-sit li jirriżulta li kien qed jittella xi tip ta’ konkos permezz ta’ pipe f’residenza u li għal xi raġuni dan ġarrab xi ħsarat u tqaċċat. Jirriżulta li kawża t’hekk weġġa’ l-ġuvni li kien qiegħed iħaddem il-makkinarju

Sa issa il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Kawża tal-istess inċident jidher li xi wħud mill-vetturi u residenzi spiċċaw bil-konkos

Aktar dettalji malli jaslulna …

Ekonomija

Sport