Saturday, May 4, 2024

Żagħżugħ jindarab gravi wara li ntlaqat minn karozza

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 21 sena residenti Ħal Safi weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn karozza ll kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 63 sena residenti Tas-Sliema.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-8.00p.m. fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema. 

Il-ġuvni ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport