Żagħżugħ ta’ 15-il sena imut wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fix-Xgħajra

Aqra wkoll

Żagħżugħ mill-Pakistan ta’ 15-il sena u residenti x-Xgħajra, sfortunatament tilef ħajjtu wara li
sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qiegħed jgħum fix-Xgħajra.

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-4:45 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-akwati tas-slipway tax-Xgħajra.

Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu liż-żagħżugħ mitluf minn sensih. Huwa kien itella’ mill-baħar minn xi nies li kienu fuq il-post kif ukoll bdew ituh l-ewwel għajnuna.

Il-vittma ttieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza għal aktar attenzjoni medika iżda sfortunatament, huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta. Linvestigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport