Żewġ anzjani ndarbu wara ħabta li seħħet kmieni dalgħodu fi Triq il-Baċir, Raħal Ġdid.
Kienu xi 7.30am, meta l-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku li fih sewwieq ta’ Toyota Ractis, raġel ta’ 80 sena minn Raħal Ġdid, tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.
Passiġġier fl-istess vettura kien hemm ukoll raġel ieħor ta’ 80 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.