Żewġ nisa waħda ta’ 34 sena li kienet xufiera u l-oħra ta’ 66 sena passiġġiera u tifla ta’ 11-il sena weġġgħu wara li l-karozza li kienu fiha daħlet f’arblu tad-dawl fil-Mellieħa
L-inċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija Triq il-Marfa, il-Mellieħa.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li x-xufiera tilfet il-kontroll tal-iSmart ForFour li kienet qed issuq u baqgħet dieħla f’arblu tad-dawl.
Il-persuni kollha ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ittieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard, l-passiġġiera ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi filwaqt li x-xufier u t-tifla ġew iċċertifikati li weġġgħu ħafif.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
