Aktar kmieni dalgħodu l-Forzi Armani ta’ Malta rċivew telefonata li kien hemm żewġ persuni li sabu ruħhom f’diffikult fil-baħar fl-inħawi ta’ Wied iż-Żurrieq.
Iċ-Ċentru tal-Kordinazzjoni tas-Salvataġġ b’mod immedjat bgħat ħelikopter tal-AFM fejn salvaw lill-persuni li kienu f’diffikultà.
Huma ngħataw f’idejn staff mediku biex ikunu jistgħu jittieħdu l-Isptar Mater Dei.
L-AFM twissi lill-pubbliku biex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà u dejjem jara u josserva t-twissijiet tat-temp.