Sunday, June 7, 2026

Żewġ uffiċjali tal-LESA jsalvaw tarbija ta’ 8 ġimgħat … dan wara li din issakret f’karozza f’Ħal Lija

Aqra wkoll

Permezz ta’ messaġġ fuq Facebook li ttella’ fuq il-midja soċjali, omm rringrazzjat lil żewġ uffiċjali tal-lESA tal-azzjoni immedjata li ħadu u salvawlha t-tarbija ta’ 8 ġimgħat wara li din ssakret f’karozza f’Ħal Lija.

Ġie spjegat li l-każ seħħ il-Ħamis 28 ta’ Mejju, meta l-karozza li kienet ipparkjatha spiċċat issakret awtomatikament bit-tarbija ġo fiha. Immedjatament l-omm għamlet kuntatt mal-uffiċjali tal-LESA li kienu stazzjonati ħdejn il-Kappella ta’ Sant’ Andrija f’Ħal Lija. 

Iż-żewġ uffiċjali aġixxew b’mod immedjat u grazzi għar-rispons mill-ewwel tagħhom, t-tarbija inħaġet mill-karozza qawwija u sħiħa. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport