Żewġt irġiel bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku

Aqra wkoll

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-11:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn
l-assistenza fi Triq Sir Anthony Mamo, Birkirkara.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li seħħ inċident bejn Fiat Punto
misjuqa minn raġel ta’ 35 sena residenti Ħ’Attard u Isuzu DMax misjuq minn raġel ta’ 37 sena
residenti r-Rabat.

Passiġġier fl-Isuzu kien hemm raġel ta’ 35 sena residenti Santa Venera.
Huma ngħataw l-assistenza minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
filwaqt li ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar tard iż-żewġ xufiera kienu ċċertifikati bi ġrieħi gravi filwaqt li l-passiġġier kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport