Filmat li ġie ppubblikat mis-Sindku tal-Belt Olaf McKay juri żewġ żgħażagħ jaħarqu karta mwaħħla ma’ bieb ta’ lift li jinqdew bih residenti fi blokka t’appartamenti fid-daħal tal-Belt Valletta.
Is-Sindku qal li dan hu aġir mhux aċċettabbli għax seta’ ħoloq periklu serju u wassal għal konsegwenzi għal kull min jgħix hemm, fosthom hemm familji u anzjani.
Dwar dan il-każ, is-Sindku għamel rapport lill-Pulizija u anke għaddilhom il-filmat biex ikunu jistgħu jinvestigaw.