Thursday, December 26, 2024

Żieda rekord fil-valur ta’ proprjetajiet fuq konvenju

… L-ogħla li qatt ġiet irreġistrata għax-xahar ta’ Ottubru fl-istorja ta’ Malta

Aqra wkoll

L-2024 kienet sena li kisret għadd ta’ rekords fis-settur tal-proprjetà. Ix-xahar ta’ Ottubru kien eżempju ieħor fejn data fuq konvenji kompliet turi biċ-ċar it-tkabbir ekonomiku li jġib miegħu dan is-settur. Il-Malta Development Association (MDA) ħabbret żieda ta’ 20% fil-valur ta’ proprjetajiet fuq konvenju meta wieħed jikkumpara x-xahar ta’ Ottubru ta’ din is-sena mal-istess xahar tas-sena preċedenti bil-figuri jitilgħu minn €363,153,896 għal €415,295,353.

Din il-figura hija l-ogħla li qatt ġiet irreġistrata għax-xahar ta’ Ottubru fl-istorja ta’ Malta. L-MDA ħabbret ukoll żieda ta’ numru ta’ konvenji b’rata ta’ madwar tnejn fil-mija 2%.

Dawn il-figuri jkomplu jikkonfermaw l-importanza tas-settur tal-proprjetà fl-ekonomija ta’ Malta. Dan is-settur huwa wieħed mill-pilastri fundamentali u b’hekk jeħtieġ li nibżgħu għalih. Id-domanda fil-proprjetà qiegħda dejjem tiżdied u għaldaqstant, anke biex jinżamm dan l-investiment, huwa meħtieġ li jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tal-burokrazija li ma ġġib ebda valur miżjud u investimenti sussidjarji li jtejbu l-kwalit` inkluż l-infrastruttura u bini aktar effiċjenti.

Din l-informazzjoni hija bbażata minn data miġbura mill-MDA minn sorsi differenti u tinkludi kemm proprjetajiet residenzjali, kif ukoll kummerċjali.

Ekonomija

Sport