Friday, July 26, 2024

Żieda ta’ 8% fil-ħaddiema full-time f’Mejju

Aqra wkoll

Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) turi li fʼMejju li għadda, in-numru taʼ persuni li kienu rreġistrati li jaħdmu full-time kien jammonta għal 269,674, li huwa żieda taʼ 8.0 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.

L-għadd taʼ persuni li kellhom part-time bħala x-xogħol primarju tagħhom laħaq it-33,528, li huwa żieda taʼ 3.9 fil-mija fuq l-istess xahar tas-sena taʼ qabel.

In-numru taʼ persuni li jaħdmu full-time fis-settur privat żdied bʼ10.0 fil-mija fi żmien tnax-il xahar sabiex laħaq il-218,445.

L-għadd taʼ persuni li jaħdmu full-time fis-settur pubbliku żdied bʼ0.2 fil-mija minn Mejju tal-2022 u kien jammonta għal 51,229.

Meta mqabblin maʼ Mejju 2022, l-għadd taʼ rġiel bʼimpjieg full-time telaʼ bi 8.4 fil-mija sabiex laħaq il-163,633, filwaqt li l-għadd tan-nisa żdied bʼ7.4 fil-mija sabiex laħaq il-106,041.

Ekonomija

Sport