Wednesday, December 25, 2024

Żminijietna tħeġġeġ lill-Kabinett biex ireġġa’ lura l-pożizzjoni fuq Villa Rosa

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Xellugija Zminijietna ddikjarat ruħha “kontra r-reviżjoni proposta biex jiġi estiż il-parametri tal-konfini tal-izvilupp tal-proġett ta’ Villa Rosa. Aħna ma naqtgħux għal estensjoni li tmur lil hinn mill-konfini ta’ razzjonalizzazzjoni tal-2006”.

“Kif stqarr pubblikament il-Ministru tal-Finanzi, il-pożizzjoni li ttieħdet, bħal dik dwar id-DB se tispiċċa bil-partit fil-Gvern jitlef aktar voti”.

Barra minn hekk, Żminijietna – Leħen ix-Xellug tinsab imħassba ħafna li ħadd fil-Parlament ma ħa inizjattiva biex jara li l-parlament jiddiskuti bidliet fil-politika ta’ razzjonalizzazzjoni tal-2006. Hemm żoni ta’ valur ekoloġiku u agrikolu li m’għandhomx jiġu sagrifikati għall-iżvilupp u l-parlamentari jafuh dan.

“Min-naħa l-oħra, Żminijietna laqgħet id-deċiżjoni li ħa l-Gvern dan l-aħħar li ma jistá jsir l-ebda żvilupp privat fuq żoni tal-2006 li huma proprjetà pubblika”.

Ekonomija

Sport