Wednesday, July 24, 2024

Żvilupp ħdejn il-Ġgantija revokat biex isir assessjar tal-impatt fuq il-wirt storiku

Aqra wkoll

Il-permess ta’ żvilupp għal bini ta’ appartamenti qrib it-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra, ġie revokat biex isir proċess ta’ assessjar dwar l-impatt fuq il-wirt storiku tal-madwar.

Din id-deċiżjoni ttieħdet il-Ħamis filgħodu mill-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Is-sena li għaddiet, il-Kummissjoni għall-Ippjanar kienet issospendiet il-permess wara talbiet għal Heritage Impact Assessment.

Fil-fatt, is-Sovrintendenza tal-Patrimonju tal-Wirt Kulturali kienet kitbet lill-perit responsabbli mill-iżvilupp propost u saħqet li l-UNESCO talbet biex isir assessjar tal-impatt tal-iżvilupp fuq il-wirt storiku tat-Tempji tal-Ġgantija.

F’dan il-kuntest, il-proċess tal-permess mhux biss huwa sospiż imma ġie revokat biex isir l-assessjar meħtieġ.

Ekonomija

Sport