Wednesday, April 22, 2026

18-IL STUDENT FIL-LISTA TAD-DEKAN TAL-FAKULTÀ TAL-ARTI 2026

Il-Bank of Valletta Jiċċelebra 30 sena ta’ Kollaborazzjoni

Aqra wkoll

Tmintax-il student ġew inklużi fil-Lista tad-Dekan tal-Fakultà tal-Arti fi ħdan l-Università ta’ Malta, li l-Bank of Valletta huwa kburi li ilu jisponsorja sa mill-bidu tagħha 30 sena ilu. Dan irrikonoxximent jingħata lill-istudenti li jiksbu riżultati akkademiċi eċċellenti, inklużi gradi ‘A’ f’millinqas 80 kreditu, matul lewwel sentejn talkors tagħhom. Listudenti ngħataw ċertifikat kommemorattiv u għotja finanzjarja millBank.

Filwaqt li feraħ lill‑istudenti f’isem il‑Bank of Valletta, Charles Azzopardi, Head of CSR, Events & Business Alliances, qal li huwa unur għall‑Bank li ilu jappoġġja din iċ‑ċerimonja ta’ premjazzjoni  b’mod kontinwu sa mill‑bidu tagħha. Huwa żied jgħid: “L‑appoġġ fit‑tul tagħna għal-Lista tad‑Dekan jirrifletti l‑impenn kontinwu tal‑Bank favur l‑edukazzjoni u l‑eċċellenza. Permezz ta’ inizjattivi bħal dan l-isponsorship, il‑Bank qed ikompli jagħti kontribut sinifikanti lill‑komunitajiet li jaqdi.”

Waqt iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni, ilProfessur Dominic Fenech, Dekan talFakultà talArti, spjega kif ilkriterji eżiġenti jfissru li l-istudenti eċċellenti biss jistgħu jiġu inklużi filLista. Huwa nnota li listudenti ma kinux qed jikkompetu bejniethom, iżda kienu qed jissodisfaw sett ta’ kriterji oġġettivi, u osserva kif innumru ta’ studenti li jikkwalifikaw biex jidħlu f’din ilLista żdied matul issnin, xhieda talkwalità talistudenti talFakultà. Huwa nnota wkoll li ddistribuzzjoni ġeografika talistudenti tindika li laħjar studenti mhux neċessarjament ġejjin miżżoni li huma meqjusa bħala laktar prosperi.

Listudenti li kkwalifikaw biex jiġu inklużi filLista tadDekan 2026 huma:

  • David Attard – B.A. Ingliż u Malti
  • Lucienne Romina Binot – B.A. Studji tal‑Komunikazzjoni u Psikoloġija
  • Hale Bonello – B.A. Franċiż u Ġermaniż
  • Estella Camilleri – B.A. Psikoloġija u Soċjoloġija
  • Judy Cordina – B.A. (Unuri) Filosofija mal-Ġeografija
  • Samuel Cedric Farrugia – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
  • Nina Galea – B.A. (Unuri) l‑Istorja tal‑Arti mal‑Psikoloġija
  • Gaia Grima – B.A. (Unuri) Fine Arts mal-Istorja tal‑Arti
  • William Warren Levy – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
  • Catherine Limbada – B.A. Psikoloġija u Soċjoloġija
  • Nathan Anthony Pace – B.A. (Unuri) Malti mal-Lingwistika
  • Daria Ponomarova – B.A. (Unuri) Relazzjonijiet Internazzjonali mal‑Istudji tal‑Komunikazzjoni
  • Marco Porsella Flores – B.A. (Unuri) l‑Istorja mal‑Istudji Umanistiċi
  • Shaun Michael Portelli – B.A. (Unuri) l‑Istudji tal‑Mużika mal‑Franċiż
  • Matthew Pulis – B.A. (Unuri) Filosofija mal‑Psikoloġija
  • Anneleize Emily Strauss – B.A. (Unuri) Relazzjonijiet Internazzjonali mal‑Istudji tal‑Komunikazzjoni
  • Adam John Vassallo – B.A. (Unuri) l‑Istorja Ewropea u Globali mar‑Relazzjonijiet Internazzjonali
  • Maria Wróblewska – B.A. (Unuri) l‑Istorja tal‑Arti mal‑Psikoloġija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport