Wednesday, April 22, 2026

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular f’Birżebbuġa

Aqra wkoll

Raġel ta’ 76 sena residenti Birżebbuġa, weġġa’ wara li waqa’ waqt li kien qiegħed fuq sellum f’bitħa ta’ residenza.

L-inċident seħħ għall-10:45 a.m., fi Triq id-Duluri, Birżebbuġa. Minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li r-raġel waqa’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza ħaditu l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura serji.

Il-Maġistrat Dr Monica Borg Galea LL.D, qed tmexxi inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet talPulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport