Tuesday, November 26, 2024

“30 sena ilu… Kienet problema li l-vjolenza domestika ma kinitx fl-aġenda nazzjonali”- Yvonne Mallia, Direttur Fondazzjoni Sebħ

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Min-naħa tagħha d-Direttur tal-Fondazzjoni Sebħ, Yvonne Mallia qalet li l-ġlieda kontra l-vjolenza domestika f’Malta żviluppat ħafna f’dawn l-aħħar 30 sena b’żieda fir-risorżi umani kif diġà ssemma’ u anke bħala servizzi.

“Ma kienx proċess faċli meta bdejna s-servizz. Dan kien l-ewwel servizz speċjalizzat u kienu jistaqsuna ‘għala qegħdin nagħmlu dan is-servizz? Hija problema l-vjolenza domestika u għala l-Gvern se jagħmel tali servizz?’ Anke mil-lat leġislattiv… Ma kien hemm ebda proċeduri… Il-kitba kienet issir bl-idejn.”

Mallia qalet li l-akbar diffikultà li ffaċċjaw dak iż-żmien kienet bla dubju l-fatt li l-vjolenza domestika ma kinitx fl-aġenda nazzjonali. Saħqet li dan ix-xogħol għalihom ma jispiċċax mill-uffiċċju iżda jibqgħu għaddejjin b’dedikazzjoni.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport