Thursday, December 26, 2024

AĠĠORNAT: Anzjan bi ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Aqra wkoll

Anzjan ta’ 73 sena residenti s-Swieqi kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li aktar kmieni ilbieraħ filgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Wied f’Birkirkara.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tat-Toyota Vitz li kien qed isuq u ħabat f’żewġ vetturi tal-għamla Ford Kuga u Mitsubishi Pajero li kienu pparkjati.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti u ambulanza li ħadet lil anzjan l-Isptar għall-kura medika, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aktar kmieni ilbieraħ:

Kien għall-ħabta tal-11.30 meta anzjan ta’ 73 sena li kien qed isuq karozza tal-għamla Toyota Vits tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’karozza tat-tip Ford Kuga.

Dan l-inċident seħħ f’Valley Road fl-Imsida. Fuq il-post marret ambulanza b’infermiera mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lil anzjan.

Il-kundizzjoni tal-anzjan għadha mhix magħrufa.

Il-pulizija qed tinvestiga dan il-każ.

Ekonomija

Sport