Saturday, December 21, 2024

AĠĠORNAT: Tim ta’ salvataġġ Malti jitlaq lejn it-Turkija

L-għadd ta' vittmi jista' jitla' għal 10,000 persuna

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Ian Borg fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook ilejla kiteb li tim tas-salvataġġ Malti se jkun qiegħed jitlaq lejn it-Turkija biex jgħinu lill-membri tas-salvataġġ Torok wara t-terrimoti li seħħew illum.

Il-Ministru qal ukoll li ta direzzjoni biex pajjiżna jipprovdi għajnuna finanzjarja wkoll.

Borg qal li dan se jsir permezz ta’ Türk Kızılay International biex ngħinu fl-isforzi inizjali ta’ salvataġġ fuq il-post. Il-Ministru sos tna li Malta hija impenjata li turi solidarjetà mal-pajjiżi f’mumenti ta’ bżonn.

Il-Ministru tal-Intern Byron Camilleri wkoll sellem lit-tim tas-salvataġġ li telaq lejn it-Turkija. Fuq post fuq Facebook il-Ministru Camilleri qal li f’inqas minn 12-il siegħa minn x’ħin seħħew it-terremoti, it-tim ta’ salvataġġ beda t-triq lejn il-pajjiż biex jassisti lil forzi tal-ordni tat-Tukrija.

Hu qal li b’kollox marru 32 persuna u kelb tad-Dipartiment.

“Aprezzament lil dawn il-ħaddiema li dejjem lesti biex iqumu għall-okkażjoni. Anke jekk b’riskju għal ħajjithom, dawn se jkunu qed jagħmlu isem tajjeb lil Malta biex jgħinu lin-nies milquta minn dan id-diżastru naturali,” kiteb il-Ministru Camilleri ftit tal-ħin ilu

Intant, skont dak li qed jiġi rrapportat fil-midja internazzjonali hu stmat li jista’ jkun li aktar minn 10,000 persuna tilfu ħajjithom f’wieħed mill-agħar diżastri naturali li qatt laqtu l-pajjiż.

Aktar minn hekk, il-ħaddiema tas-salvataġġ jinsabu jiġġildu kontra l-ħin hekk kif aktar ma jidħol il-lejl it-temperatura taf tinżel taħt iż-żero u għalhekk jekk hemm persuni taħt it-tifrik u għadhom ħajjin jafu jmutu kawża tal-kesħa.

Biex is-sitwazzjoni tkompli tmur għall-agħar għal sigħat twal fiż-żona milquta mit-terrimot kien hemm ħafna xita u anke maltempati ta’ borra li mistennija jippersistu sa nhar il-Ħamis li ġej.

Ġurnalisti li jinsabu fuq il-post qegħdin jirraportaw li hemm persuni taħt it-tifrik li qegħdin jitkellmu mal-qraba u persuni oħrajn permezz ta’ Facebook. Kien hemm persuni li daħlu live minn fuq facebook bit-tama li xi ħadd imur isalvhom.
Persuni li qegħdin jassistu fl-operazzjoni tas-salvataġġ qal li fil-belt ta’ Adana semgħu vuċi minn taħt it-tifrik tgħid “ma baqalix aktar saħħa biex forsi nsalva”.

Iżda minħabba l-ammont kbir ta’ terrapien li hemm fuq il-persuni hu diffiċli biex jiġu salvati.

Intant aktar ritratti u filmati qegħdin jitellgħu fuq il-midja soċjali li juru nies feruti u anke ġenituri jġorru lil uliedhom mejtin.

12.59pm – Jitilgħu għal 1,200 il-persuni mejta fit-terremot tat-Turkija

Grupp ta’ pumpiera li jiffurmaw parti mit-tim tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta se jintbagħtu t-Turkija sabiex jassistu lill-pajjiż wara li ntlaqat minn diżastru kbir kawża ta’ terremot qawwi li seħħ aktar kmieni llum.

It-terremot tal-lum huwa maħsub li kien l-aktar wieħed qawwi li laqat lit-Turkija sa mill-1939, meta terremot tal-istess qawwa kien qatel 30,000 ruħ.

L-uffiċjalli li se jkunu qed jassistu f’din l-operazzjoni huma nies imħarrġa f’dan il-qasam hekk kif fl-aħħar xhur ngħataw it-taħriġ neċessarju. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, f’messaġġ li tella’ fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Huwa stmat li t-terremot li seħħ għall-ħabta tal-4.00 a.m., b’qawwa ta’ 7.8, ħasad il-ħajja ta’ madwar 1,200 persuna.

Ekonomija

Sport