Aktar minn 345,000 elf passiġier qasmu bejn il-gżejjer fi żmien il-festi u l-Ewwel tas-Sena. Dan l-għadd ta’ passiġġier vjaġġaw fuq is-servizzi tal-Gozo Channel bejn il-15 ta’ Diċembru u l-5 ta’ Jannar. Dan l-ammont ta’ passiġġieri jeskludu servizzi oħrajn ta’ vjaġġar b’mod partikolari bis-servizz tal-Fast Ferry.
Fl-istess żmien il-Gozo Channel ġarret 117-il elf karozza f’total ta’ 2,480 vjaġġ. Dawn in-numri huma simili ħafna għal dawk tas-sena ta’ qabel, iżda żieda meta mqabblin mal-2022.
L-aktar ġurnata li fiha qasmu passiġġier bejn il-gżejjer kienet it-28 ta’ Diċembru li għadda meta dakinhar il-Gozo Channel ġarret 22,760 passiġġier.
Fl-istess perjodu l-Gozo Channel għamlet medja ta’ 95 vjaġġ kuljum, iżda għaxart ijiem minnhom il-kumpanija għamlet aktar minn mitt vjaġġ bejn il-gżejjer.