Anzjan ta’ 74 sena residenti Ħal Tarxien qed isofri minn ġrieħi gravi wara li aktar kmieni dalgħodu, għall-ħabta tad-9:15 a.m, kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Sant’ Anna, f’Ħal Tarxien.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Toyota Hi Ace misjuq minn raġel ta’ 53 sena residenti Ħal Tarxien stess.
Tim mediku assista lir-raġel u minnufih ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadħom għaddejjin.