Friday, April 18, 2025

Anzjan ta’ 80 sena bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Ħal Luqa 

Aqra wkoll

Raġel ta’ 80 sena u li joqgħod Santa Luċija, għal xis-1:00 p.m., ittieħed l-Isptar Mater Dei għax sofra xi ġrieħi f’inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Luqa, Ħal Luqa. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqat minn Nissan NV 200, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħal Għaxaq. 

Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport