Tuesday, April 1, 2025

Anzjana bi ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza fin-Naxxar

Aqra wkoll

Mara ta’ 87 sena residenti n-Naxxar qed issofri minn ġrieħi gravi. Dan wara li aktar kmieni għall-ħabta tad-9:00 a.m., hija kienet involuta f’inċident tat-traffiku fi Triq San Pawl, in-Naxxar.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Smart, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 30 sena residenti l-Fgura.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport