Tuesday, December 24, 2024

Anzjana fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 78 sena residenti Ħaż-Żabbar qed issofri minn ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ. L-inċident seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta tad-8.45 a.m., fi Vjal il-Ħelsien.

Il-Pulizija kienet marret fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjana kienet intlaqtet minn Peugeot 307 li kienet qed tinstaq minn Sirjan ta’ 20 sena residenti Ħaż-Żebbuġ.

Hija ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata bi ġrieħi serji.

Il-Maġistrat Dr Joseph Mifsud ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport