Sunday, December 22, 2024

Approvati 2,118-il residenza ġdida fit-tieni kwart tal-2024

Tnaqqis ta’ 13.7 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tal-2023

Aqra wkoll

Matul it-tieni kwart tal-2024, inħarġu 453 permess tal-bini għal total taʼ 2,118-il residenza ġdida. Meta mqabblin mal-istess żmien tal-2023, in-numru taʼ permessi tal-bini u taʼ residenzi ġodda approvati naqsu bi 8.3 fil-mija u bi 13.7 fil-mija, rispettivament. Ir-residenzi ġodda approvati għal kull permess tal-bini kellhom medja taʼ 4.7.

Dan ħareġ mill-aħħar statistika pubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika (NSO). Skont l-istess ċifri, il-maġġoranza tar-residenzi approvati fit-tieni kwart tal-2024 kienu appartamenti b’1,491; warajhom kien hemm il-penthouses b’333, il-maisonettes b’205, it-terraced houses b’66. L-appartamenti ammontaw għal 70.4 fil-mija tar-residenzi ġodda kollha approvati.

Irriżulta wkoll li l-ogħla numru taʼ residenzi ġodda ġew approvati fʼSan Pawl Il-Baħar b’130. Wara, hemm Ħaż-Żabbar b’128, il-Mosta b’124, Birkirkara b’114 u Taʼ Sannat b’111.

Min-naħa l-oħra l-inqas numru ta’ residenzi approvati kienu Birżebbuġa bi 22, fir-Rabat Għawdex b’25, Ħal Safi b’19 u Ħal Tarxien bi 18.

Ekonomija

Sport