Tuesday, May 14, 2024

ARA: Ikkonfermati l-ħatriet tal-uffiċjali tal-GWU

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’għeluq il-65 anniversarju mill-istrajk ġenerali tat-28 t’ April 1958, il-GWU illum laqqgħet il-Konferenza Nazzjonali Straordinarja tagħha li fiha ġew maħtura l-uffiċjali tal-amministrazzjoni ċentrali għas-snin li ġejjin.

Fil-bidu tal-konferenza nżammet minuta silenzju għal dawk li ħallewna fejn intwera wkoll filmat li jfakkar il-memorja tal-eks Segretarju Ġenerali, is-Sur Tony Zarb, li miet f’Mejju tas-sena li għaddiet.

Il-konferenza bdiet b’diskors mill-President tal-GWU. Wara l-Qari tal-Minuti u r-rapport amministrattiv saru diskorsi mis-Segretarji tat-Taqsimiet kollha tal-GWU segwita mill-elezzjoni tal-ħatriet. Is-Segretarju tat-Taqsima Internazzjonali Jason Deguara, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-GWU Kevin Camilleri, il-President tal-GWU Victor Carachi u s-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja reġgħu ġew konfermati fil-karigi rispettivi tagħhom.

Il-konferenza ġiet fi tmiemha b’diskors mis-Segretarju Ġenerali tal-GWU.

Sport