Saturday, December 21, 2024

ARA: Imfakkar Jum ir-Repubblika

Aqra wkoll

Hekk kif il-ġurnata tal-lum hija mfakkra fil-kalendarju Malti bħala Jum ir-Repubblika, dalgħodu saret parata ċerimonjali mill-Forzi Armati ta’ Malta fl-okkażjoni ta’ din il-festa nazzjonali. Din is-sena qed titfakkar is-47 sena minn meta Malta kisbet kisba oħra importanti fl-istorja tagħha.

Għall-parata ċerimonjali attendew il-President ta’ Malta George, il-Prim Ministru Robert Abela, diversi personalitajiet distinti u mistednin oħra.

Din il-festa nazzjonali tfakkarna meta r-reġina tar-Renju Unit ma baqgħatx kap tal-istat u minflokha nħatar Sir Anthony Mamo bħala l-ewwel President tar-Repubblika ta’ Malta.

Ta’ kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President imexxi ċerimonji fil-Palazz tal-Gran Mastru, il-Belt Valletta, li fiha jagħti għadd ta’ onorefiċenzi lil numru ta’ ċittadini Maltin u Għawdxin li jkunu taw xi servizz lil Malta f’diversi oqsma. 

Matul iċ-ċerimonja ta’ din is-sena, il-President George Vella ta ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Meritu lil 15-il persuna, inkluż organizzazzjoni. Żewġ persuni ngħataw il-Midalja għall-Qlubija u ħdax-il persuna oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Wara ċ-ċerimonja, il-President Vella qiegħed kuruna ta’ tifkira fuq il-monument ta’ Malta Repubblika, il-Marsa.

Minħabba l-pandemija, l-attività ġiet modifikata biex jiġu mħarsa r-regolamenti kollha indikati mid-Dipartiment tas-Saħħa.

Ekonomija

Sport