L-Arċidjoċesi ta’ Malta kkonfermat rapporti fil-midja li kienu nsterqu għadd ta’ relikwi, li kienu fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Leonardu Abbati f’Ħal Kirkop, ġew misruqa.
Fi stqarrija l-Arċidjoċesi ta’ Malta qalet li sar rapport lill-Pulizija fl-Għassa taż-Żurrieq u li għaddejja investigazzjoni.
“Dawn ir-relikwi kienu jinżammu fir-relikwarju wara l-artal il-kbir tal-knisja, li fuqu ma kien hemm l-ebda żgass. Wara li ġie vverifikat li r-relikwi ġew nieqsa u mhux tpoġġew f’post ieħor fil-knisja, sar rapport mill-kappillan, kif huwa mitlub minnu fiċ-ċirkustanzi,” intqal fi stqarrija tal-Arċidjoċesi ta’ Malta.
“L-Arċidjoċesi tikkundanna dan l-att sagrilegu u kriminali u tingħaqad mal-kappillan ta’ Ħal Kirkop fl-appell tiegħu biex dawn ir-relikwi jintraddu lura lill-Knisja,” itemm tgħid l-istqarrija.
