Saturday, December 21, 2024

Attivisti u residenti bi protesta fil-bajja ta’ Buġibba bil-għan li din tkun tista’ titgawda aktar mill-pubbliku

Aqra wkoll

Għadd ta’ attivisti u residenti li jgħixu San Pawl il-Baħar u Buġibba stess, il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tal-5:00 p.m, irħewla lejn il-bajja ta’ Buġibba bil-għan li jipprotestaw, hekk kif skonthom il-bajja qed titnaqqar biċċa biċċa.

Ingħad li minn 2000 metru kwadru ta’ art, il-pubbliku jista’ jgawdi biss terz tal-art. Fi stqarrija ġie spjegat li dan għaliex iż-żewġ terzi l-oħra, qegħdin jintużaw bħal skop ta’ kummerċ.

Waqt il-protesta, bosta residenti saħqu li ġaladarba din il-bajja tħallset mill-pubbliku, din għandha titgawda minn kulħadd u mhux tintuża biss għal skopijiet ta’ kummerċ.

Ekonomija

Sport