Thursday, March 28, 2024

Bosta mnikkta bil-mewt ta’ Sandro Spiteri

Aqra wkoll

Bosta persuni, b’mod speċjali għadd kbir ta’ għalliema, urew is-sogħba tagħhom hekk kif illum wara nofsinhar ingħatat l-aħbar li s-Surmast tal-Iskola San Anton, fl-Imġarr, Dr Sandro Spiteri ħalla din id-dinja fl-età ta’ 56 sena. Huwa mifhum li kien ilu marid għal dawn l-aħħar xhur.

Spiteri kien deskritt bħala bniedem ta’ integrità kbira li iddedika l-karriera professjonali tiegħu għas-settur edukattiv, fejn okkupa diversi rwoli pubbliċi u privati.

L-aħbar ingħatat mill-Iskola ta’ San Anton Stess permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali: “B’qalb maqsuma qed inħabbru l-mewt tal-Kap tal-Iskola tagħna, Dr Sandro Spiteri. Jalla jkollu l-mistrieħ ta’ dejjem u jalla l-Mulej iħares fuq il-familja tiegħu, f’dan iż-żmien tant diffiċli.”

Ekonomija

Sport