Il-Professur Carmel Borg
Id-diskussjoni dwar l-Intelliġenza Artifiċjali ħafna drabi tibda mill-istessmistoqsija: kif se nużawha? Fl-iskejjel u fl-universitajiet nitkellmu dwar kif l-istudenti għandhom jużawha b’mod responsabbli, kif l-għalliema jistgħujintegrawha fit-tagħlim, u kif għandna nippreparaw liż-żgħażagħ għal dinja tax-xogħol dejjem aktar influwenzata mit-teknoloġija. Dawn huma mistoqsijietimportanti. Iżda mhumiex biżżejjed. Irridu nistaqsu kif l-Intelliġenza Artifiċjaliqiegħda tintuża fuqna.
Hawnhekk il-ħsieb li joħroġ mill-Pedagoġija Kritika għandu ħafna x’jgħidilna. Jien li nħaddan dan l-orjentament pedagoġiku ninsisti li l-edukazzjonim’għandhiex sempliċement tgħallimna naqraw il-kelma, iżda wkoll naqraw id-dinja. Illum irridu nitgħallmu naqraw ukoll id-dinja diġitali li qiegħda tinbenamadwarna.
Dan ifisser li l-litteriżmu fl-Intelliġenza Artifiċjali ma jistax jieqaf mal-ħila li niktbu prompt tajjeb, nivverifikaw tweġiba jew nużaw ChatGPT (eżempjuwieħed) biex niffrankaw il-ħin. Irridu nistaqsu wkoll: Min ħoloq dawn is-sistemi? Min għandu kontroll fuqhom? Min qed jagħmel il-profitt? Minn fejnġejja l-informazzjoni li fuqha ġew imħarrġa? Liema lingwi, kulturi u forom ta’ għarfien huma rappreżentati, u liema jibqgħu fil-marġni? Min jibbenefika u min iġorr l-ispejjeż?
L-Intelliġenza Artifiċjali mhijiex teknoloġija li niżlet mis-sema....
Don Benigno Zerafa: il-mużika tiegħu terġa’ tinstema’
Noel D’Anastas
Din is-sena, Malta qed tfakkar it-300 anniversarju mit-twelid ta’ Don Benigno Zerafa (1726–1804), wieħed mill-aktar kompożituri u...
Jikteb l-Avukat u eks Speaker, Anġlu Farrugia
Id-dinja għaddejja minn żmien fejn id-deċiżjonijiet politiċi qed iħallu konsegwenzi dejjem aktar profondi fuq il-ħajja taċ-ċittadini. Il-gwerer, l-instabbiltà...
Il-Partit Laburista jinnota ċertifikat b’saħħtu ieħor għall-ekonomija Maltija. Ir-rating ta’ A2 li żammet l-aġenzija internazzjonali tal-kreditu Moody’s, flimkien mal-prospetti ta’ stabbiltà ekonomika, jixhed l-istabbiltà...
Prof. Vincent Marmara“Il-verità tkompli toħroġ dwar l-istħarriġ li l-kumpanija tiegħi kienet ġiet ikkummissjonata twettaq ftit xhur ilu.” Hekk kiteb il-Professur Vincent Marmara dwar akkużi...
Waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, ix-Shadow Minister għas-Self-Employed, l-Intrapriżi Żgħar u l-Koperattivi Michael Piccinino, ix-Shadow Minister għaż-Żgħażagħ, il-Benesseri u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Eve Borg...
Ser tibda l-installazzjoni tal-arja kkundizzjonata f’għaxar skejjel oħra tal-Istat, bħala parti mill-akbar investiment li qatt sar fl-arja kkundizzjonata fl-iskejjel. Programm simili se jitwettaq kull...
Erba’ rġiel li kienu akkużati b’rabta mal-inċident ta’ Paqpaqli għall-Istrina tal-2015, li fih diversi spettaturi, fosthom tfal, sofrew ġrieħi serji, ġew illiberati minn kull...
Kien għall-ħabta tal-10.20am meta l-awtoritajiet tas-salvataġġ ġew informati li f’South Street kien ċeda saqaf.
Fuq il-post marru diversi ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili biex jibdew l-operazzjoni kif...
Ilbieraħ ingħata bidu għat-tielet edizzjoni tal-Malta Boat Show, organizzata mill-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli flimkien ma’ Yachting Malta, li qed tittella’ bejn ilbieraħ u l-1 ta’...
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Carmelo Abela enfasizza l-importanza tal-kontinwità parlamentari, l-imparzjalità u r-rispett lejn id-demokrazija waqt iċ-ċerimonja ta’ Jum l-Ispeakers, li tfakkar il-105 anniversarju mill-ewwel...
Wara li d-difiża ta’ Lorin Scicluna talbet lill-ġurati jilliberawh mill-akkużi, il-Prosekuzzjoni qed tikkontesta l-verżjoni tiegħu dwar l-isparaturi li ħallew lil Lassane Cisse mejjet u...
Bħal dejjem, iż-żgħażagħ f’Malta kienu qed jistennew Budget ieħor pożittiv: Budget li jagħti aktar milli jieħu. Din l-aspettattiva għandha tifsira akbar fid-dawl tal-isfidi internazzjonali...
Il-General Workers’ Union (GWU), permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni, iffirmat Ftehim Kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Crane Currency Malta Ltd., li se jwassal għal...
Wara l-Budget imħabbar nhar it-Tnejn, il-Ministru għall-Ekonomija, it-Teknoloġija u l-Proġetti Strateġiċi Silvio Schembri ppreżenta għaxar inizjattivi għal ekonomija aktar produttiva, kompetittiva u innovattiva.
Il-Ministru Schembri...