Sunday, December 22, 2024

Divorzju fil-viċin bejn Neymar u PSG … AC Milan ferm interessati fis-servizzi tiegħu

Aqra wkoll

Paris St Germain kienu ċari ħafna li Neymar mhux se jkompli jilgħab magħhom fl-istaġun li ġej. Huwa mifhum li l-club, bl-approvazzjoni ta’ Mbappe, diġà nforma lill-player Brażiljan, li għandu kuntratt sal-2025, li jrid iħalli l-club f’dan is-suq tat-trasferimenti.

Missier il-player kiser is-silenzju u ċaħad ix-xnigħat, għalkemm fl-aħħar sigħat ħarġet il-possibbiltà li jirritorna ma’ Barcelona.

U issa, qed jiġi wkoll irrapurtat li AC Milan, meta raw is-sitwazzjoni tal-Brażiljan, kienu ambizzjużi ħafna u qed ifittxu li jiffirmaw lill-attakkant. Ir-‘Rossoneri’ jqisu li din hija opportunità kbira u mistennija jagħmlu dak kollu possibbli biex japprofittaw minn din iċ-ċirkustanza biex juru lid-dinja tal-football li reġgħu għandhom l-għan li jkunu fil-quċċata tal-football Ewropew.

Huwa minnu li l-club Taljan m’għandux il-potenzjal finanzjarju ta’ PSG iżda jidher li AC Milan qed jagħmlu minn kollox biex jakkwistaw is-servizzi tal-fenomenu Brażiljan.

It-tiġdid ta’ Mbappe u l-wasla ta’ Luis Campos, id-direttur sportiv il-ġdid tat-team Pariġin, fissru li Neymar jinsab qrib li jħalli l-club u issa wieħed għad irid jara min hu kapaċi jakkwista lil dan l-attakkant.

Ekonomija

Sport