“Mhux se nispekula x’ġara biex din kienet waħda mill-ftit drabi li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja qalbet rasha ‘l isfel il-parir tal-Avukat Ġenerali tagħha stess li kien ta raġun sħiħ lil Malta fil-każ tal-Programm ta’ Ċittadinanza.”
Dan iddikjarah l-eks Prim Minidtru Joseph Muscat permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċјali feјn spјega li
din kienet sentenza politika, fis-sens li l-Qorti Ewropea kienet taf illi l-Liġi ma ttihix raġun u għamlet raġunament lil hemm mill-liġi biex tieħdu.
Muscat qal ukoll: “l-ironija hija li r-raġuni ewlenija li nġabet hija t-trasparenza sħiħa tal-liġi li fuqha huwa bbażat il-Programm ta’ Ċittadinanza, li mhux kif jagħmlu pajjiżi oħra li ħadd ma jaf eżatt kif jahdmu u jiddeċiedu lil min jagħtu ċittadinanza”
Enfasizza kif xorta јemmen li hemm lok biex il-Programm ta’ Malta, li hu l-aqwa wieħed fid-dinja, jibqa għaddej b’xi bidliet. Dan speċjalment meta l-Istati Uniti ħabbru Programm simili.
Żied јgħid: “Ejjew nagħtu ċapċipa lil Roberta Metsola u lill-Partit Nazzjonalista li ilhom mill-ewwel minuta jaħdmu kontra pajjiżna. Nirringrazzjawhom li ħadmu tant kontra dan il-Programm li bil-flus tiegħu l-familji u negozji f’pajjiżna baqgħu għaddejjin qisu ma hu xejn fi żmien il-pandemija. Miljuni oħra marru għall-housing, għaqdiet mhux governattivi, Knisja u saħansitra biex inxtraw ishma f’bank biex tissolva problema li kienet ilha tkarkar, anki jekk forsi ma kenitx l-aħjar għażla.”
Temm јgħid li ma għandmiex naqtgħu qalbna u sabiex nibqgħu mexjin b’determinazzjoni biex inkunu nistgħu inġibu aktar ġid lejn pajjiżna.