Eluf ta’ nies, fosthom turisti, fuq il-gżira ta’ Rodi fil-Greċja kellhom jiġu evakwati minn djarhom jew mil-lukandi li kienu qegħdin jirrisjedu fihom minħabba nirien qawwija li nfirxu kawża tas-sħana estrema.
Qed jiġi rrappurtat kif aktar minn 19,000 persuna kellhom jivvjaġġaw għal żoni aktar siguri iżda fortunatament ma kinux irrappurtati persuni midrubin.
Il-kumpaniji tal-ajru Jet2 u Tui kkanċellaw it-titjiriet lejn il-gżejjer ta’ Rodi minħabba dan il-periklu. Filwaqt li Jet 2 ikkanċellat il-ħames titjiriet li kellha skedati għal-lum, Tui kkanċellat it-titjiriet kollha lejn il-gżira sal-Erbgħa li ġej. Dawk affettwati se jkunu jistgħu jagħżlu bejn rifużjoni sħiħa jew opportunità biex jibbukkjaw titjira ġdida.
Kawża ta’ riħ li wkoll ħakem il-Greċja, in-nirien qed jinfirex b’mod mgħaġġel, tant li l-awtoritajiet Griegi qed jiddeskrivu dan in-nar bħala l-aktar diffiċli li affaċċjaw sa issa.