Tuesday, February 4, 2025

Erbgħa rġiel Maltin arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Kmieni dalgħodu, erbat irġiel Maltin ġew arrestati waqt operazzjoni ta’ sorveljanza millPulizija b’rabta ma’ traffikar tad-droga fil-venda tal-karozzi tal-linja fil-Belt Valletta.

Wara tfittxija li saret mill-Pulizija, fil-pussess tagħhom instabu 45 qartas ta’ sustanza suspettata droga kannabis sintetika, allegatment lesti biex jiġu ttraffikati.

L-erba’ persuni ta’ 53 sena residenti Birżebbuġa, ta’ 54 sena residenti Wied il-Għajn, ta’ 55 sena residenti l-Marsa u ta’ 56 sena residenti Ħal Tarxien, qegħdin jinżammu fil-lock-up talPulizija l-Furjana għal aktar stħarriġ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport