Sunday, November 24, 2024

F1: Lando Norris fil-pole position ta’ Monza

Aqra wkoll

Is-sewwieq Brittaniku, Lando Norris (McLaren) illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni tal-Grand Prix ta’ Monza meta kiseb l-aħjar ħin fil-provi uffiċjali meta waqqaf l-arloġġ f’ħin ta’ minuta u 19.327 sekondi. 

B’hekk huwa kiseb it-tieni pole position konsekuttiva wara li fi tmiem il-ġimgħa li għadda huwa llidja u rebaħ il-Grand Prix tal-Olanda. 

Mit-tieni post se jitlaq il-kollega tiegħu, l-Awstraljan Oscar Piastri li se jkun segwit mill-Brittaniku George Russell (Mercedes), Charles Leclerc ta’ Monaco (Ferrari), l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) u l-Brittaniku Lewis Hamilton (Mercedes). 

Il-leader preżenti, l-Olandiż Max Verstappen (Red Bull), iddiżappunta hekk kif se jibda mis-seba’ pożizzjoni. 

Klassifika ġenerali meta fadal disa’ tiġrijiet: 295 – Max Verstappen; 225 – Lando Norris; 192 – Charles Leclerc; 179 – Oscar Piastri; 172 – Carlos Sainz; 154 – Lewis Hamilton; 139 – Sergio Perez; 122 – George Russell; 50 – Fernando Alonso.   

Sport