Ka Long Cheung ta’ Hong Kong rebaħ il-midalja tad-deheb tal-foil indiviwali tal-fencing meta fil-finali għeleb lit-Taljan Filippo Macchi, 15-14, liema rebħa ġabet magħha kontroversja kbira.
Dan minħabba li l-aħħar punt inxtegħel favur iż-żewġ atleti mill-magna diġitali u għaldaqstant kien hemm dewmien biex jiġi dikjarat ir-rebbieħ hekk kif ir-replays ġew riveduti għal diversi drabi.
Meta Cheung ġie dikjarat ir-rebbieħ, il-partitarji Taljani infexxew f’ibbuwjar ta’ diżapprovazzjoni kif ukoll faqgħu l-media soċjali jipprotestaw li Macchi ġie misruq b’mod viljakk u allegaw li l-organizzaturi kkontrollaw ir-riżultat.
L-Amerikan Nick Itkin rebaħ il-bronż meta għeleb lill-Ġappuniż Kazuki Iimura, 15-12.