Saturday, December 14, 2024

F’Ġunju jgħaddu aktar minn 750,000 passiġġier mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ Ġunju kien it-tielet xahar konsekuttv li mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għaddew aktar minn 700,000 passiġġier. Fil-fatt, f’Ġunju ta’ din is-sena ġew irreġistrati li għaddew 754,258 passiġġier.

Fi stqarrija l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li fid-29 ta’ f’Ġunju għaddew iżjed minn 30,000 passiġġier hekk kif eluf ħadu vantaġġ minn tmiem il-ġimgħa twil li ħabat eżatt mat-tmiem tas-sena akkademika għal diversi istituzzjonijiet edukattivi f’Malta.

L-akbar suq jibqa’ dak Taljan hekk kif ikkontribwixxa għal kważi 25% tal-moviment tal-passiġġieri.

L-ammont ta’ passiġġier li għaddew ifisser żieda sostanzjali ta’ 4.5 fil-mija fuq il-moviment tal-passiġġieri rreġistrat fl-istess xahar tal-2019

Filwaqt li l-postijiet disponibbli fuq it-titjiriet qabżu dawk tal-2019 b’1.8 fil-mija, seat load factor ta’ 873,580 fisser ukoll żieda minn 84.1 fil-mija f’Ġunju 2019 għal 86.3 fil-mija matul ix-xahar li għadda.

L-aktar ħamest iswieq importanti tista’ tgħid li baqgħu l-istess bħal dawk tas-sena li għaddiet. L-Italja żammet postha bħala l-aktar suq importanti li kkontribwixxa għal 24.5 fil-mija tal-moviment tal-passiġġieri, segwit mir-Renju Unit, il-Ġermanja, li reġgħet sabet postha bħala t-tielet l-aktar destinazzjoni importanti, Franza u Spanja.

Ekonomija

Sport