Saturday, November 23, 2024

Fl-2023 disa’ persuni tressqu l-Qorti b’rabta ma’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol

Aqra wkoll

Disa’ persuni s-sena li għaddiet tressqu l-Qorti fejn ġew akkużati b’reati marbutin ma’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri fil-Parlament waqt li ien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Darren Carabott.

Il-Ministru Camilleri qal li l-proċess għadu sub judice f’ħames każi. Kien hemm każ fejn il-persuna ġiet illiberata. Fit-tlett każi l-oħra, inħarrġet ordni ta’ probation.

Sport