Sunday, December 22, 2024

“Fl-aħħar 15-il sena l-Air Malta ħarqet €435 miljun”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Ministru Caruana tkellem dwar l-Air Malta u qal li għaddejjin ħafna diskussjonijiet u ladarba jintemmu dawn id-diskussjonijiet mhuwiex se jżomm lura milli jitkellem dwar xi jkun inqabel biex il-ħaddiema ma jbatux. Huwa qal li dejjem laqa’ u sema t-talbiet tal-unions u se jibqa’ jagħmel dan. “Jien m’jien lest narmi lil ħadd għax fl-aħħar mill-aħħar il-ħaddiem qatt m’għandu tort”, żied jgħid Caruana.

Huwa qal li fl-aħħar 15-il sena l-kumpanija “ħarqet” €435 miljun, medja ta’ €29 miljun fis-sena u l-ebda azjenda ma tista’ tkun sostenibbli jekk tonfoq dawn il-flejjes. Il-Ministru qal li l-perjodu li fih il-kumpanija kienet qiegħda tidher li għamlet profitt ma kien qiegħed isir profitt xejn għax kienu jkunu qegħdin jinbigħu xi assi u dan ma jagħmilx il-profitt sostenibbli.

Ekonomija

Sport