Sunday, December 22, 2024

Għal darb’ oħra Deputati Nazzjonalisti jikkritikaw l-Budget u jgħidu li dan m’għandux viżjoni fit-tul

Aqra wkoll

Il-Budget tas-sena d-dieħla huwa wieħed li jolqot lil kull settur, anke dak relatat mas-saħħa. Minkejja d-diversi miżuri li tħabbru fil-qasam tas-saħħa, skont d-Deputati tal-Partit Nazzjonalista, l-Budget ma għandu ebda viżjoni fit-tul għas-settur u li dan ma jindirizzax l-bżonnijiet tan-nies. 

Bi kritika liema bħala, f’konferenza tal-aħbarijiet il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, Stephen Spiteri ikkritika l-Isptar Mater Dei u qal li hemm nuqqas ta’ tobba u l-infermiera fid-dipartimenti kollha u qal li l-listi tal-operazzjonijiet twalu. Qal ukoll li Malta klassifikat l-aħħar fl-istatistika Ewropea dwar mediċini ġodda u innovattivi 

Il-kritika kompliet ukoll mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kura Primarja u s-Saħħa Mentali, Ian Vassallo li qal li n-nuqqas ta’ investiment f’dan il-qasam qed iwassal biex diversi professjonisti jitilqu mix-xogħol jew jipprattikaw barra l-pajjiż. 

Ekonomija

Sport