L-Arċipriet Mario Mangion ħareġ jirreaġixxi għal dak li seħħ aktar kmieni dalgħodu fil-lokalitajiet madwar Malta u Għawdex.
Fuq il-profil tiegħu huwa staqsa dwar id-differenza bejn 100 persuna mexjin biex jiġbru l-flus għall-karità u 100 persuna mexjin wara xbieha ta’ Ġesu Bambin fil-Milied. “Għaliex waħda iva u oħra le? Għaliex kulħadd jista’ jorganizza attività fuq barra u anke attivitajiet kontrollati u attività reliġjuża kontrollata ma tistax fil-beraħ?”
L-Arċipriet filwaqt li għamilha ċara li huwa jifhem li s-sitwazzjoni mhijiex waħda normali u nistgħu nkunu aħjar, qal li jippretendi li kulħadd ikun trattat l-istess.