Terapista tal-massaġġi tressaq fil-Qorti mixli li wettaq abbuż sesswali fuq klijenta. Kienet il-mara li għamlet rapport lill-pulizija fejn allegat li t-terapista kien messha b’mod sesswali.
Il-Pulizija marrat fl-ispa inkwistjoni fejn rat ukoll filmati mill-kameras tas-sigurtà. Cyrus Danial Malayeri ta’ 44 sena ġie arrestat u tressaq fil-Qorti mixli b’abbuż sesswali.
Fil-Qorti ntqal li meta l-Pulizija kkuntattjat lil Jobsplus ma kien hemm ħadd irreġistrat taħt dak l-isem. L-akkużat wieġeb mhux ħati imma d-difiża ma talbitx għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Jennifer Polidano mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Pierguido Saliba.
Għall-imputat deher l-Avukat Mark Mifsud Cutajar.



