Dawk kollha li ħasbu li mhux ġej sajf marru żbaljat bil-kbir. Il-15-il ġurnata li ġejjin se jkunu “infern” f’pajjiżna hekk kif mewġa ta’ sħana se tidħol fuq il-Mediterra.
Siti li jbassru t-temp qiegħda jgħidu li pajjiżna jinsab fil-bidu tal-ewwel tmiem il-ġimgħa ta’ dan is-sajf b’riħ ħafif u temperaturi għoljin ħafna.
Massa ta’ ajra taħraq u b’umdità baxxa se tkun qed tespandi lejn il-Grigal u ċ-Ċentru tal-Mediterran fil-jiem li ġejjin. Din se twassal biex it-temperaturi madwar pajjiżna jisħnu sew.
Se nkunu qegħdin f’perjodu ta temperaturi ogħla mill-medja. S’issa kollox jindika li t-temperaturi massimi se jkunu bejn 35°C u 38°C fil-15-il ġurnata li ġejjin.
L-appell tagħna hu wieħed… jekk m’għandekx bżonn toħroġ ibqa’ d-dar. Ixorbu kemm tistgħu ilma u jekk tmorru l-baħar morru f’ħinijiet li x-xemx ma tkunx daqstant qawwija.