Sunday, November 24, 2024

Grech jgħid li dan il-gvern hu għajjien u li l-PN jista’ jbiddel id-direzzjoni

Grech jiffoka d-diskors allokat lilu fuq diversi temi, l-inqas fuq dak li talab li jiddiskuti hu

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech waqt id-diskors tiegħu fil-kontinwazzjoni tad-diskussjoni mingħajr vot dwar il-futur tal-Air Malta, liema diskors sejjaħ hu stess għalih matul is-seduta tat-Tnejn, beda biex jiżvija kompletament mis-suġġett.

Minflok iffoka fuq is-suġġett, Grech beda biex jitkellem dwar temi oħra li kellu l-opportunità jitkellem dwarhom waqt intervista li kellu l-Ħadd li għadda fuq Net FM u anke fil-ġimgħat preċedenti bħalma huma l-blackouts tas-sajf li għadda u l-allegat każ ta’ għoti ta’ liċenzji lil persuni mhux skont l-abbiltajiet tagħhom. 

Fil-ftit mumenti li tkellem dwar il-linja nazzjonali tal-ajru, Grech wissa’ lill-Ministru Clyde Caruana biex jara li ma jiġrix bħalma ġara għax xi ħaġa biss tista’ tmur żbaljata skont il-pjan imħabbar u din tkun falliment bħal deċiżjonijiet oħra fil-passat.

Grech kompla biex iqabbel dan il-pjan imħabbar għall-Air Malta mal-pjan tal-Metro u qal li jittama li jiġri mod ieħor u awgura li pajjiżna jkompli jkollu l-linja tal-ajru nazzjonali tiegħu.

“Dan il-gvern għajjien. Dan il-gvern falla. Dan il-gvern fi kriżi u aħna rridu nbiddlu din id-direzzjoni. Aħna nemmnu fil-poplu Malti u rridu nwettqu l-viżjoni ekonomika biex il-poplu Malti u Għawdxi kollu jkollu ħajja aħjar li tixraqlu”, temm Grech.

Sport