Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech, qal “Il-kelma “għalik” intgħażlet bħala t-tema għall-kampanja elettorali tiddefinixxi dak li hu l-Partit Nazzjonalista, li se jkun hemm għal dawk li jixtiequ pajjiż isbaħ u mmexxi aħjar fejn ma tinħoloqx pressjoni fejn is-serħan tal-moħħ ikun garantit”
Dan ddikjarah il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, hekk kif kien qed jindirizza lill-folla li llum f’Jum il-Ħaddiem nġabret għar-rally organizzat fi Ġnien l-Għarusa fiil-Mosta
Grech qal li l-partit mmexxi minnu biss hu l-unika tarka li l-ħaddiem baqalu u li skontu l-Gvern hu mitluf fuq il-problemi li ħoloq hu stess u li nesa lill-ħaddiem.
Skontu l-PN bena s-soluzzjonijiet, ewlenin fosthom li titneħħa t-taxxa minn fuq iż-żieda tal-għoli tal-ħajja u jingħataw tax credits lil min iħaddem biex ma jkollux għalxiex jgħaddi ż-żidiet li jagħti fil-pagi fuq il-konsumatur billi jgħolli l-prezzijiet.
Dwar l-inkjesta maġisterjali fuq Vitals u Steward Healthcare, hu qal li l-Gvern dejjem qal lill-Oppożizzjoni biex tħalli l-istituzzjonijiet jaħdmu. Allega li l-PM Robert Abela u l-eks Prim Ministru Joseph Muscat għamlu minn kollox biex il-poplu ma jieħdux lura l-isptarijiet.
Intant sostenituri tal-Partit mmexxi minn Grech qalu li jinsabu rrabjati għal mod ta’ kif ġiet imnedija l-kampanja elettorali. Dan hekk kif kulħadd seta’ jinnota li l-Partit Nazzjonalista lanqas wassal trażmissjoni minħabba li x-xandira bdiet il-ħin kollu taqta’
Id-diskors tal-Kap inqata’ f’nofsu ħesrem filwaqt li ta’ Metsola u kelliema oħra xxandar imma ħafna drabi bl-iskossi fejn ix-xandira bdiet taqta’ u terġa’ tiġi għal ftit mumenti u terġa’ taqta’.
Sostenituri u segwaċi tal-midja Nazzjonalista ilmentaw u ħarġu r-rabja tagħhom fejn sostnew li dan mhux il-mod kif il-Partit Nazzjonalisti jniedi kampanja elettorali għall-elezzjonijiet li ġejja. Intant xi ħadd kiteb “Min irid imexxi lil Malta, lanqas kapaċi jagħmlu sound sura.”