Monday, October 28, 2024

Grech jgħid li samnalla kien il-PN li ħadem kontra l-establishment

Aqra wkoll

Imnalla kien il-Partit Nazzjonalista li ħadem kontra l-establishment biex dawn ġew lura f’idejn il-poplu. Dan iddikjarah il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika fil-Belt Valletta.

Fid-diskors tiegħu, huwa kompla jgħid li l-establishment huwa min għandu aċċess fuq inkjesta dwar l-għoti tal-isptarijiet minkejja li din għadha mhux ippubblikata. Enfasizza li l-Oppożizzjoni qed tenfasizza li l-inkjesta maġisterjali dwar l-għoti tal-isptarijiet lil Vitals u Steward għandha tiġi ippubblikata minnufih.

Fid-diskors tiegħu, Bernard Grech allega li l-Gvern qed juża l-karta tal-establishment u mbagħad jaħrab meta jkun mistoqsi min hu l-establishment. B’referenza għall-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, huwa kompla jgħid li l-establishment hu wkoll min instab ħati minn tliet imħallfin li skontu ħoloq kultura ta’ impunità li waslet biex tiġi assassinata l-ġurnalista Maltija.

Sport