Friday, November 22, 2024

Grech jgħid li ż-żieda tal-għoli tal-ħajja hija marbuta mal-fatt li aħna mdawrin bil-baħar

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech, f’attività politika f’San Ġwann filwaqt li xejjen l-idea li l-għoli tal-ħajja hija kawża tal-Gwerra fl-Ukrajna, qal li dak li jinteressa l-poplu Malti u Għawdxi huwa kif se jkun aħjar. Is-soluzzjoni li ta hija dik li joħloq pajjiż li jesporta lejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea b’mod kompetittiv fid-dawl li aħna gżira mdawra bil-baħar.

“Imma ma nistgħux nesportaw u nikkompetu biżżejjed għax imdawrin bil-baħar u allura hemm aktar spejjeż. Aħna hemm irridu ngħinuhom ħalli nkunu kompettivi. Irriduhom ikomplu jesportaw u joħolqu x-xogħol”. Dan huwa parti mill-pjan ta’ Grech ladarba u jekk, jitla’ fil-gvern biex jgħin liċ-ċittadini għall-għoli tal-ħajja – fond apposta għall-importaturi u l-esportaturi lokali.

Il-Kap tal-PN, f’diskors li kkonċentra fuq l-għoli tal-ħajja, allega li n-nies qegħdin iħossuhom abbandunati. Dan meta fl-istess ħin semma’ l-fatt li fl-aħħar baġit il-Gvern ta’ żieda sostanzjali għall-għoli tal-ħajja. Grech kompla bl-attakki, li issa tant drajnihom, fil-konfront ta’ Robert Abela u l-istituzzjonijiet tagħna.

Huwa li, anke jemmen li rispettivament il-unjins u l-Caritas jaqblu miegħu fejn il-COLA ma kellhiex tiġi “imnaqqra” mill-pagi u li d-differenza bejn il-fqir u ż-żgħir qiegħda dejjem tikber. “Il-COLA tingħata mill-imgħallem u mhux mill-Gvern. Tlabna wkoll biex jgħin lin-nies fin-negozju b’inċentivi fit-taxxa ħalli jħossuhiex u ma jgħollux il-prezzijiet. Diskors li sar anke mill-unjins imma nsew lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom stess,” allega l-Kap tal-PN. Mossa biex jiġbed lejh ukoll lill-Kamra tal-SMEs kienett dik fejn wegħdhom li, la jiġi ż-żmien, juruhom huma d-direzzjoni bħala “gvern li jaf fejn sejjer”.

Grech irribatta li, “jekk hemm suġġett li huwa kontinwament fuq fomm kulħadd żgur huwa dak tal-għoli tal-ħajja li qiegħed jolqot kważi lil kulħadd. In-nies illum iħossuhom abbandunati għax għandna Gvern li qata’ qalbu li jindirizza l-għoli tal-ħajja u ma jridx. Għalhekk il-PN qiegħed joffri viżjoni ta’ eċċellenza – biex ngħinu lin-nies għax qalbna ma tagħtiniex li narawhom ibatu”.

Filwaqt li tenna mudell ekonomiku ġdid mill-PN, Bernard Grech għalaq billi sostna li dak li se jagħmel ladarba fil-gvern huwa li jkun hemm ħajja aħjar għal kulħadd. Tenna li, “nagħmlu mudell ekonomiku b’saħħtu… Mhux tal-kwantità imma, ta’ kwalità. Mudell ekonomiku ta’ eċċellenza li jagħti nifs ġdid lill-ħaddiem u opportunità lil kulħadd. Ejjew naħdmu bilgħaqal u biss għall-interessi tal-pajjiż. Aħna se nibqgħu il-partit ta’ kulħadd. Il-Gvern tan-nazzjon Malti. Dan għax il-ħidma kollettiva tagħna se jgawdi minnha kulħadd”.

1 kumment

  1. Kif nista nemmen qatt dak li tghid int Onor Grech.Hsibt li insejna li ma kontx tiddikjara xtaqla u ma thallas taxxa.Hallast dejnek mal poplu Malti ghax ma stajtx issir kap tal partit.Jien penzjonant.Meta kien il pn fil gvern kont niehu zewg terzi tal penzjoni.Zieda ta loghli tal hajja zewg terzi wkoll.Jzomli €76 taxxa fuq il penzjoni.Ghidilna kif bniedem li jiddikjara li jaqla £6000 fis sena jista jixtri VILLA.Mur avdak priministru.

Comments are closed.

Sport