Sunday, December 29, 2024

“Ġurnata fejn ħadna numru ta’ deċiżjonijiet importanti”

- Il-Prim Ministru Robert Abela

Aqra wkoll

Ftit tal-ħin wara li tħabbru l-ħatriet il-ġodda fil-Kabinett tal-Ministri, il-Prim Ministru Robert Abela f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Berġa ta’ Kastilja, sostna li dan il-Gvern hu determinat li jibqa’ miexi u jibni fuq il-ħafna tajjeb li diġà sar.

Sostna li d-deċiżjonijiet importanti li ttieħdu fl-aħħar sigħat ikomplu jikkonfermaw ir-rieda b’saħħitha li l-Gvern ikompli jimplimenta l-Manifest Elettorali biex pajjiżna jkompli jiġi msaħħaħ.

Il-Prim Ministru tenna li dan il-Gvern qiegħed jifhem wkoll x’inhuma l-prijoritajiet tan-nies f’mumenti ta’ sfidi internazzjonali. Qal li bid-deċiżjonijiet tal-lum jikkonfermaw ir-rieda tal-Gvern li jkompli jwettaq aktar riformi.

Tenna wkoll li d-deċiżjonijiet li ttieħdu llum, ikomplu jikkonfermaw il-prinċipju ta’ tiġdid li jħaddan dan il-Gvern.

Ekonomija

Sport