Ħafna jistaqsu meta se jkollna l-ewwel maltempata tajba fuq il-pajjiż biex forsi nieħdu ftit xita. Dan aktar u aktar meta madwarna qegħdin nosservaw ammont ta’ xita u f’xi postijiet anke maltemp estrem inkluż fl-Italja ta’ Fuq.
Għal din il-mistoqsija jwieġeb Gordon Grech fuq il-paġna tiegħu Aġġornament tat-Temp fejn jgħid li wara s-17 ta’ Ottubru nistennew xi maltemp fuq il-gżejjer Maltin.
Grech jikteb li “wara tant nixfa li saħansitra hi waħda rekord bħala nuqqas ta’ xita, jidher li fil-Mediterran ukoll se tidħol l-ewwel pressjoni baxxa.” Ikompli jgħid li bħalissa l-baħar qiegħed 26.4°C u għalhekk għadu temperatura għolja ħafna.
Il-pressjoni baxxa li mistennija tidħol fil-Mediterran tista’ tintensifika u ttawwal, iżda tista’ tagħmel ġurnata u jerġa’ jaqleb għal bnazzi. Il-porbabbilità hi li jkollna temp instabbli bejn it-18 u l-20 ta’ Ottubru li jiffser tmiem il-ġimgħa li ġej.
Intant, dan hu t-tbassir tat-temp għal ġimgħa d-dieħla, dejjem skont kif imbassar minn Gordon Grech.
It-Tnejn ftit imsaħħab li jsir xemxi b’riħ ħafif u varju. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 19°C. It-Tlieta xemxi b’riħ ħafif mix-Xlokk. L-ogħla temperatura tkun 26°C u l-inqas 19°C.
L-Erbgħa imbgħad jibda ftit imsaħħab li jsir sabiħ b’riħ forza 3 mix-Xlokk il-Lvant. L-ogħla temperatura tkun 27°C u l-inqas 20°C. Il-Ħamis imbgħad ikun ftit imsaħħab b’riħ forza 3 mix-Xlokk Nofsinhar filwaqt li l-għola temperatura tkun 26°C u l-inqas 22°C.
Imbgħad l-ewwel jum ta’ tmiem il-ġimgħa, it-temp mistenni li jkun il-biċċa l-kbira imsaħħab u bi ftit xita fit-tard. Riħ forza 3 mix-Xlokk li jitla’ forza 5 waranofsinhar. l-għola temperatura tkun 26°C u l-inqas 22°C.
Is-Sibt, ikun imsaħħab b’xi xita sa kmieni filgħodu li jsir ftit imsaħħab waranofsinhar. Riħ mix-Xlokk forza 3 li jitla’ forza 5. L-għola temperatura tkun 25°C u l-inqas 20°C.
Il-Ħadd, it-temp ikun ftit imsaħħab b’riħ forza 5 mix-Xlokk il-Lvant. L-għola temperatura tkun 26°C u l-inqas 20°C.