Marzio Filippo Capece Minutolo Del Sasso ta’ 38 sena nħeles bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena. Hu nstab ħati li kien miexi bil-kelb fit-triq mingħajr ċinga u anke attakka kelb ieħor.
Il-każ kien seħħ f’Diċembru tal-2021 f’Kerċem Għawdex meta Del Sasso kien miexi bil-kelb Husky bla ċinga u f’daqqa waħda l-kelb ħarab biex jattakka kelb ieħor.
Quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech mara xehded li kienet marret tagħmel rapport l-Għassa tar-Rabat Għawdex li waqt li kienet mixja bil-kelb li kien marbut b’ċinga, kelb ieħor li kien bla ċinga attakka lill-kelb tagħha.
Xehded li hi spiċċat ukoll issofri minn ġrieħi ħfief hekk kif gidimha f’idha u l-kelb tagħha kellu jieħu l-kura għal diversi ġimgħat.
L-akkużat ċaħda l-akkużi kontra tiegħu u qal li dakinhar tal-każ hu lanqas biss kien Għawdex għax kien xogħol Malta. Iżda b’evidenza murija l-Qorti kienet turi mod ieħor.
Il-Qorti qalet li din ma kinitx l-ewwel darba li l-akkużat ħareġ il-kelb mingħajr ċinga. Kien għalhekk li l-Maġistrat Grech sab lir-raġel ħati li ħalla l-kelb fit-triq mingħajr ċinga u anke weġġa’ lill-ħaddieħor.